5 modi kif il-Gvernijiet ikunu siguri fid-dinja diġitali

Biex iżżomm Istituzzjoni Governattiva sikura fid-dinja diġitali hi biċċa xogħol iebsa li tirrikjedi ħafna dedikazzjoni u professjonalitá. Attakk diġitali fuq dipartiment governattiv jistá jkun problema fuq skala nazzjonali li taffetwa mijjiet ta’ eluf.

Biex dan ikun evitat, kull Gvern jadotta diversi proċeduri, b’dawn li ġejjin ikunu l-iżjed vitali fost l-oħrajn:

  1. Evalwazzjoni tar-Riskji – Il-Prevenzjoni Aħjar mill-Kura. Kull Gvern jagħmel għadd ta’ testijiet li jiddeterminaw kemm is-sistemi tiegħu huma vulnerabli.
  2. Ġbir ta’ informazzjoni – Bħal kull sitwazzjoni ta’ sigurtá oħra, fid-dinja diġitali, li tkun pass il-quddiem mill-kriminal, hi mportanti. Din tgħin biex tevita attakki u titgħallem dwar modi ġodda ta’ attakki diġitali.
  3. Investiment fl-aqwa talenti – Hu fatt magħruf li agenziji tal-Gvern jingaġġjaw maghhom l-aqwa talent fil-qasam tal-IT. Dawn l-impjegati ikunu fost l-aqwa fis-settur b’kapaċitajiet biex jiprevenu attakki diġitali kif ukoll jaġixxu malajr f’każ t’ attakk diġitali fuq skala nazzjonali.
  4. Edukazzjoni: L-aqwa timijiet għandom bżonn l-aqwa taħriġ. F’diversi każijiet, il-Gvernijiet jikkolaboraw ma’ diversi esperti fil-qasam sabiex iżommu l-ħaddiema tagħhom aġġornati mar-realtajiet tal-ġurnata.
  5. Ikunu dinamiċi – Pjan f’każ ta’ kriżi diġitali għandu jkun dinamiku u aġġornat regolarment. Diversi gvernijiet jingaġġaw magħhom nies li l-professjoni tagħhom hi li janalizzaw x’inhuma l-aħħar theddidiet onlajn u jaġġornaw l-infrastruttura tas-sigurtá bl-aqwa teknoloġiji.

Bħall-Gvernijiet, pero fuq skala iżgħar int ukoll jista jkollok il-protezzjoni neċessarja minn attakk diġitali. Aħseb bil-quddiem u żomm ruħek aġġornat.

Artikli Oħrajn