Insellmulek !

Akkademja

Akkademja.

Qed tingħata attenzjoni immedjata lill-istudenti mill-livell primarju sa dak terzjarju, il-għaliex tinħass il-ħtieġa ta’ iktar ħiliet fil-qasam ta’ sigurta’ diġitali, speċjalment għall-futur qarib. Din titlob kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kif ukoll mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni li qed twassal għal numru ta’ inizzjattivi bħal ma’ huma sponsorjar ta’ tagħmir elettroniku u ta’ materjal ieħor għal taħriġ u edukazzjoni relatata, kif ukoll għal opportunitajiet ta’ riċerka relatata.  Barra minn hekk, l-edukazzjoni dwar sigurta’ digitali qed tingħata żvolta iktar ħafifa permezz ta’ attivitajiet bħal hackathon fejn studenti jieħdu sehem f’logħba onlajn li tinvolvi l-parti difensiva kif ukoll dik offensiva ta’ attakk digitali; kif ukoll permezz ta’ attivitajiet ta’ drama b’temi relatati, bil-parteċipazzjoni tal-istudenti, fl-iskejjel.

Fl-aħħar mill-aħħar, settur akkademiku b’saħħtu fis-sigurta’ diġitali jaf iservi ta’ assigurazzjoni ta’ soċjeta’ iktar lesta li taffaċċja u li tilqa’ kontra kull theddid minn attakki li qiegħdin dejjem jiżvolġu fid-dinja diġitali.