Angela Merkel u politici Ġermaniżi oħrajn fost dawk milquta min attakk diġitali

Informazzjoni sensittiva kienet misruqa minn mijjiet ta’ politikanti Ġermaniżi fosthom il-Kancillier Angela Merkel. L-attakk espona informazzjoni dwar l-imsemmiijja politikanti li jinkludu indirizzi postali, numri tat-telefon, ittri u rcevuti tax-xiri u karti tal-identitá.

L-informazzjoni kollha ġiet rilaxxata fuq Twitter f’Dicembru li għadda iżda għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufa, l-attakk ġie skopert fl-ewwel ftit jiem tas-sena l-ġdida.

Kelliem għall-Gvern ddeskriva dan l-attakk bħala wieħed serju ħafna u stqarr li l-Gvern  qed jieħu l-azzjonijiet kollha possibli biex dan il-każ ikun riżolt.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Ġermaniża stqarret li dan l-attakk kien intenzjonat biex itappan il-kunfidenza  tal-poplu Ġermaniż fid-demokrazija u fl-istituzzjonijiet tagħha.

Apparti politikanti, dan l-attakk kixef ukoll informazzjoni wkoll dwar ġurnalisti u celebritajiet

Lura għall-lista tal-aħbarijiet