Apple ħabbret proġett ġdid biex ittejjeb is-sigurtà tal-passwords

Il-passwords bħala forma ta’ sigurtà għandhom numru ta’ difetti. In-nies jinsewhom, jerġgħu jużawhom bosta drabi, u ħafna drabi jistaw isiru jafuhom persuni oħra. Huwa b’dan il-ħsieb li Apple għamlet il-mossa tajba u ħabbret proġett open source biex tagħmel il-passwords aktar b’saħħithom għal kulħadd.

Apple tat dettalji ta’ kif il-proġett ġdid imsejjaħ Open Source Password Manager se jgħin lill-iżviluppaturi jikkollaboraw flimkien biex “joħolqu passwords b’saħħithom li huma kompatibbli mal-websites popolari.”

Apple qed tittama li tintegra r-rekwiżiti speċifiċi tal-websites ma’ dawk tal-iCloud Keychain biex tiġġenera passwords uniċi u b’saħħithom. Il-proġett se jsaħħaħ il-passwords għal kulħadd – mhux biss għall-dawk li għandhom iPhone.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet