Apple tissospendi s-servizz tal-Walkie Talkie minn fuq Apple Watch

Apple issospendew is-servizz tal-Walkie Talkie minn fuq il-linja ta’ prodotti tal-Apple Watch wara li ġiet skoperta problema ta’ sigurtá li kienet qed tagħti aċċess lill hackers biex jisimgħu b’mod sigriet konverżazzjonijiet li jsiru fuq l-iPhone.

Din l-applikazzjoni kienet ippublikata minn Apple fl-2015 għall-Apple Watch tagħhom u l-għan tagħha kien li tagħti l-benefiċċju lill-utenti li jagħmlu konverżazzjoni immedjati sempliċiment billi jgħafsu buttuna fuq l-arloġġ tagħhom u jitkellmu ġo fih.

Minkejja li Apple għada ma tgħatx wisq dettalji fuq din il-problema, kelliem għall-kumpanija saħaq li din il-bug qed tagħti aċċess lill hackers biex jisimgħu konverżazzjonijiet li jsiru fuq iPhones li jkunu mqabbda mal-Apple Watch.

Din il-problema ġiet identifikata minn klijent fuq is-sit fejn wieħed jistá jirraporta vulnerabilitajiet lil Apple.

Dan mhux l-ewwel inċident ta’ dan it-tip li qed tiffaċja Apple hekk kif iżjed kmieni din is-sena kienu sfurzati li jwaqqfu l-Group FaceTime wara li ġew identifikati problemi fis-sigurtá ta’ din l-applikazzjoni.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet