Attakk fuq faċilita tal-gass iwaqqaf is-servizz għal jumejn

Faċilità Amerikana li tipprovdi servizzi relatati mal-gass naturali kienet sfurzata twaqqaf l-operazzjonijiet tagħha għal jumejn sħaħ wara li kienet vittma ta’ attakk diġitali.

Kien irrappurtat li l-kriminali rnexxilhom jiksbu aċċess għad-dipartiment tal-Informatika tal-faċilità fejn imbagħad kisbu aċċess u kontroll għas-sezzjoni tat-teknoloġiji operattivi.

L-inċident ħalla diversi effetti neġattivi. Minħabba nuqqas ta’ preparamenti, bosta industriji u faċilitajiet tal-oħra ġew impattati. Il-kumpanija li tmexxi din il-faċilità ammettiet li l-pjanijiet ta’ emerġenza tagħhom ma kienux jinkludu l-emerġenzi ċibernetiċi.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet