Austal – Kumpanija li tibni l-vapuri tad-difiża vittma ta’ attakk diġitali

Austal, kumpanija bbażata fl-Awstralja li hi magħrufa għall-manifattura ta’ vapuri mibnija għad-difiża ta’ diversi pajjiżi sfat vittma ta’ attakk diġitali.

 

Il-kumpanija ħabbret dan fis-suq tal-iskambju finanzajrju li s-sistema li biha timmaniġja d-data tagħha, kienet fil-mira ta’ xi persuni mhux magħrufa.

 

Hu mifhum li nkiseb aċċess għal diversi imejls u numri tat-telefon ta’ xi ħaddiema kif ukoll xi dettalji ta’ klijenti li setgħu kienu affetwati minn dan l-attakk.

 

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-offensur prova jbiegħ xi materjal li kiseb onlajn.

 

Il-Kumpanija aċċertat ukoll li fid-dawl tal-fatt li hi tibni vapuri għan-Navy Awstraljana sa’ issa ma hemm l-ebda evidenza li ġiet misruqa xi informazzjoni sensittiva ta’ -sigurtá nazzjonali.

 

Minkejja dan, il-kumpanija indikat li l-hackers kisbu aċess għal xi pjanijiet ta’ vapuri ġodda.

 

Minkejja l-fatt li sa issa mhux magħruf x’seta’ wassal għal dan l-attakk, Duncan Lewis, il-Kap tas-Sigurtá Awstraljana saħaq li t-theddida fuq l-interessi nazzjonali tal-Awstralja qiegħda dejjem tikber

Lura għall-lista tal-aħbarijiet