CyberCast Weekly: Dak kollhu li trid tkun taf dwar l-imejls

Għat-tieni xahar ta’ CyberCast Weekly missejna it-temá tal-Imejls. Dan hekk kif sfortunatament, l-imejl, li hu wieħed mill-aktar mezzi ta’ komunikazzjoni b’saħħithom madwar id-dinja, jġib miegħu xi riskji li facilment wieħed jaqá għalihom.

Kif wieħed jistá jsegwi fid-dettall fil-filmati li huma mehmuża ma’ dan l-artiklu, Kim spjegat kif kull wieħed u waħda minna għandha noqghodu fl-uzu tal -imejls, specjalment meta nircievu emails jew files mehmuża li ma naghrfuhomx jew ma naghrfhux min ikun bagħathom.

Messaġġ importanti ħafna li għadda CyberCast Weekly tul dan ix-xahar kien li l-bank tiegħek qatt ma jitolbok informazzjoni personali permezz ta’ imejl. Dan ifisser li jekk tircievi xi imejl ta’ din ix-xorta, żgur li tkunu relatata ma xi forma ta’ qerq. Attent – Dawn it-tip ta’ imejls iħallu għexieren ta’ vittmi kuljum.

Għal iżjed dettalji dwar kif tistá tuża l-imejl tiegħek bl-aktar mod sigur, segwi l-erba episodji ta’ CyberCast Weekly hawn taħt. Tinkwetax, l-erbá episodji f’daqqa se joħdulek biss 4 minuti.

Artikli Oħrajn