Difett f’Google Drive jħalli hackers jinstallaw malware faċilment

Id-difett il-ġdid jagħmlek vulnerabbli għall-attakki tal-malware u l-ispam jekk ikollok aċċess għal shared files fuq Google Drive. Il- “managed versions” ta’ Google Drive jista’ jigi sfruttat minn Hackers. Jekk ma toqgħodx attent, “manage version” fuq Google Drive iħalli lil nies oħra jkollhom aċċess għal-verżjoniji antika ta’ file li kien fuq Google drive u jkun shared.

Din il-karatteristika tintuża wkoll biex tissostitwixxi verżjoni antika tal-file, b’ieħor ġdid. Il-problema tinsab fil-fatt li Google ma tiċċekkjax it-tip ta’ file meta ttella’ verżjoni ġdida. Attent! Tniżżilx files minn folders ta’ Google Drive ta’ nies mhux magħrufa.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet