Difett fis-software tal-applikazzjoni TikTok ippermettiet li jintbgħat malware minn SMS

TikTok, l-applikazzjoni li ġiet klassifikata bħala t-tielet l-aktar popolari fl-2019, tinsab taħt skrutinju wara li nstabet vulnerabbiltà fis-software li ppermettiet atakki li setaw iwasslu għal manipulazzjoni fil-kontenut u serq ta’ informazzjoni personali tal-utenti tagħha. Dan kien possibbli billi tkun taf in-numru tal-mowbajl ta’ wieħed mill-utenti u tibgħatlu SMS f’isem TikTok. L-SMS kien ikollu link malizzjuża li l-attakkant kien juża sabiex jisraq il-profil u għalhekk id-data li kien ikollu ġewwa fih.

Din il-vulnerabiltà tista twassal biex tiġi mħassra informazzjoni, jiġu mtella videos mingħajr permess tal-utenti jew ippublikar ta’ informazzjoni sensittiva.

Għalhekk kull min jagħmel użu minn TikTok, għandu jkun ċert li japplika l-aktar software updates riċenti u li jkun kawt qabel ma jiftaħ xi links jew SMSes.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet