Erbgħa Uffiċjali Militari Ċiniża ġew akkużati mil-Gvern Amerikan b’involviment f’każ ta’ hacking fuq Equifax

L-Istati Uniti akkużat erbgħa uffiċjali tal-Militar taċ-Ċiniża dwar każ ta’ hacking elaborat fuq il-kumpanija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Equifax. Hu mifhum li iżjed minn 147 miljun Amerikan kienu affetwati minn dan l-attakk li seħħ fl-2017 fejn il-hackers kisbu aċċess għal informazzjoni sensittiva u personali bħal ismijiet u indirizzi fost oħrajn.

Skond il-karti uffiċjali tal-Qorti, hu mifhum li dawn l-erbgħa uffiċjali militari huma membri tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tal-54 Istitut tar-Riċerka – fergħa tal-Militar Ċiniża. L-istess dokumenti jispjegaw kif l-erbgħa uffiċjali qattgħu ġimgħat fis-sistema tal-kumpanija, jidħlu f’networks tas-sigurtà u jisirqu dik li qed tiġi msejjħa informazzjoni sensittiva ħafna bħal disinji ta’ databases.

Kelliem uffiċjali għal Gvern Ċiniż ċaħad dawn l-akkużi u saħaq li l-Militar qatt ma pparteċipa f’serq ta’ siġrieti kummerċjali.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet