Facebook għen lill-FBI biex taqbad raġel li jabbuża mit-tfal

Facebook ħallset lil ditta tas-sigurta’ diġitali biex tiżviluppa sistema ħalli tikxef raġel li qatta snin jitterroriżża lit-tfal.

L-FBI bagħtet video (suppost ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal) li kellu kodiċi speċjali fuqu biex jesponi l-IP address tar-raġel.

Il-predatur minn California bl-isem ta’ Buster Hernandez, kien juża Facebook biex isib il-vittmi.
Bejn l-2012 u l-2017, Fernandez itterroriżża ħafna tfal, u hedded li joqtolhom jekk ma jibagħtux ritratti tagħhom mingħajr ħwejjeġ.

Jidher li din hija “l-ewwel u l-unika darba” li Facebook għen lill-aġenzija tal-infurzar tal-liġi.

Dan il-każ jirrappreżenta kwistjoni etika kbira għall-Facebook wara li ħallset kumpanija biex tneħħi l-anonimità ta’ user tagħha. Min-naħa l-oħra qed twiegħed end-to-end encryption fil-programmi kollha ta’ messaġġi tagħha

Lura għall-lista tal-aħbarijiet