Facebook jiżbalja fil-mod kif jerfá miljuni ta’ passwords

Facebook reġa nqabad f’nofs kontroversja oħra hekk kif illum kien żvelat li dan is-sit soċjali biżball żamm kopja ta’ mijjiet ta’ miljuni ta’ passwords f’plaintext.

Kien ukoll żvelat kif kienu wkoll affetwati xi utenti tal-Instagram.

Kelliem għall-Facebook għamila ċara li l-ebda password ma kien żvelat ma persuni barra minn Facebook u żied jgħid li m’hemm ebda evidenza li din id-data intużat b’mod ħażin.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet