Garmin kellha twaqqaf is-servizzi tagħha wara attakk ta’ ransomware!

Il-kumpanija li tagħmel smart watches, Garmin, intlaqatet minn attakk li waqqaf is-servers tagħha. Il-website u s-servizz Garmin Connect, li n-nies jiddependu fuqhom biex iħaddmu l-apps taghħhom ġew sospiżi.

F’messaġġ fuq Twitter, il-kumpanija skużat ruħha man-nies u tat ftit dettalji dwar dak li ġara. Uffiċjalment, Garmin ma qalitx li dan kien riżultat ta’ attakk ta’ ransomware, iżda l-impjegati tal-kumpanija kitbu kollox fuq Twitter.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet