Ġgant tal-elettronika jħabbar li sofra minn attakk diġitali

Il-Ġgant tal-elettronika Mitsubishi Electric għadu kif ħabbar f’rapport li s-sena l’oħra, sofra minn attakk diġitali u li possibilment seta kkomprometta informazzjoni personali jew korporattiva.

Il-kumpanija, li għandha sehem fis-swieq ta’ l-ispazju, difiża, apparat tad-djar u l-kommunikazzjoni, stqarret li dan il-ksur ġie skoprut meta fajl suspettuż instab fuq wieħed mis-servers tagħhom. Il-kumpanija għadha ma identifikatx is-susspett wara dan l-attakk.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet