Għadu sigur li tuża mobiles Huawei?

Wara li l-kumpanija Huawei ġiet mwaqqfa milli tkompli tikseb il-liċenzji ta’ Google biex topera, ħafna persuni li għandom prodotti ta’ din id-ditta jistaqsu jekk għadux sigur li jużaw il-mobiles tagħhom.

L-ewwel u qabel kollox wieħed irid jifhem li Huawei xorta se jibqgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-Android minħabba l-fatt li din hi sistema Open Source, iġifieri miftuħa u aċċessibli għal-kulħadd.

Dak li se jkun affetwat minn hawn u ftit żmien ieħor huma l-liċenzji provduti minn Google biex wieħed jagħmel użu mis-servizzi tagħhom. Aġġornamenti fis-software se jibqgħu jkunu aċċessibli wkoll iżda jaf jaslu għand Huawei iżjed tard minn fuq ditti oħra. Minn naħa l-oħra, Google ħabbret li mhux se tkun qed twassal aġġornamenti tas-sigurtá fuq il-mobiles Huawei u dawn se jkunu qed jaslu għandhom wara li jiġu maħruġa fuq is-sistema open source.

Minkejja li Google saħqet li l-prodotti diġa eżistenti ta’ Huawei se jibqgħu jaħdmu normali, il-futur ta’ din il-kumpanija hu wieħed imċajpar ferm.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet