Għalfejn hu importanti li l-antivirus ikun aġġornat?

Kemm il-darba naraw notifiki ta’ aġġornamenti għall-antivirus u ninjorawhom? Hu importanti ħafna li naġġornaw l-antivirus kontinwament hekk kif il-kompjuters tagħna jistgħu jkunu mhedda minn attakki fuq bażi regolari. Dawn l-aġġornamenti jinkludu l-aħħar “files” neċessarji li l-kompjuter tiegħek ikollu bżonn biex jikkombatti għall dawn l-attakki.

Il-programmi tal-antivirus jipprovdu signature files li huma importanti hekk kif dawn ikollhom lista ta’ l-aħħar viruses li ġew identifikati. Dawn is-signature files jiġu ppublikati kuljum, u ġieli iżjed minn darba kuljum.

Biex tkun ċert li l-antivirus li għandek qed jaqdi l-ħtiġijiet tiegħu, kun ċert li tikkonfigurah li jaġġorna ruħu waħdu minn tal-anqas darba kuljum. B’hekk tkun qed tnaqqas iċ-ċans li tisfa vittma ta’ attakk diġitali fuq il-kompjuter tiegħek.

Artikli Oħrajn