GoDaddy tikkonferma Data Breach

L-akbar reġistrar ta’ domains, GoDaddy, li għandhom 19 -il miljun klijent, ikkonfermaw li kellhom data breach ta’ kredenzjali ta’ ħafna web hosting accounts.

B’aktar minn 77 miljun domain, u hosting ta’ miljuni ta’ websites, kullħadd sema’ b’GoDaddy. Skond Bleeping Computer, numru ta’ klijenti ġew infurmati li l-kredenzjali tagħhom ġew kompromessi.

Il-konferma ta’ dan id-data breach saret f’email minn CISO u Viċi President tal-Enġinerija ta’ GoDaddy, Demetrius Comes, fejn sar magħruf li l-każ ta’ sigurta’ inkixef wara li kienet innutata attivita suspettuża fuq is-servers ta’ GoDaddy. Il-breach innifsu sare fid-19 ta’ Ottubru 2019.

Individwu mhux awtorizzat irnexxilu jieħu aċċess tal-kredenzjali u dan fisser li seta’ jidħol fl-SSH tal-accounts affetwati. SSH huwa ‘Secure Shell’, network protocol li jintuża minn amministraturi tas-sistema sabiex jaċċessaw remote kompjuters.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet