Google timblokka miljuni ta’ attakki ċibernetiċi relatati ma’ Covid-19

Kriminali qed iwettqu attakki ta’ phishing u malware relatati mal-COVID-19. Biex ikunu iktar effettivi qed jattakkaw vittmi f’ postijiet partikolari madwar id-dinja billi jibgħatu miljuni ta’ e-mails  malizzjużi kuljum.

Google Cloud ħarġet statistika li turi kif ix-xahar li għadda kien hemm hotspots reġjonali li fihom saru ħafna attakki ċibernetiċi relatati mal-COVID-19.

Filwaqt li l-hackers qed jibagħtu dawn il-messaġġi, Google qed jirnexxila taqbad 99.9% minnhom permezz ta’ spam filters. E-mails li taparsi ġejjien minn gvernijiet jew Google huma awtomatikament imblukkati. Il-kumpanija qalet li poġġiet monitoraġġ proattiv għall-malware u l-phishing relatati ma’ COVID-19 fis-sistemi tagħha.

Ix-xahar li għadda, Google waqqfet madwar 18-il miljun malware u phishing e-mails kuljum.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet