Hackers jattakkaw lill-President Amerikan Donald Trump

Hackers serqu files minn ditta legali popolari u qed jheddu li jikxfu ħafna sigrieti fuq Donald Trump jekk ma jitħallsux $42 miljun fi żmien ġimgħa.

Il-grupp ta’ hackers imsejjaħ REvil, seraq 756 gigabytes ta’ data minn waħda mill-aqwa ditti legali Amerikani, Grubman, Shire Meiselas & Sacks. Fost il-klijenti tagħhom hemm Lady Gaga, Drake, U2, Elton John, Madonna, Robert De Niro, LeBron James, The Weeknd, u Priyanka Chopra.

Il-files misruqa jinkludu kuntratti, numri tat-telefon, indirizzi, emails u korrispondenza privata.

Fi stqarrija, id-ditta legali qalet: “L-elezzjonijiet tagħna, il-gvern tagħna u l-informazzjoni personali tagħna jinsabu taħt attack minn hackers barranin. L-FBI qalet li tinnegozja jew tħasllas terroristi huwa ksur tal-liġi kriminali amerikana.

F’Jannar li għadda l-istess grupp Revil, attakka l-kumpanija tal-kambju bbażata fir-Renju Unit, Travelex, li kellha tħallas madwar $ 2.3 miljun f’bitcoin biex tikseb lura il-files misruqa.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet