Hackers qed jippersonifikaw Zoom, Microsoft Teams u Google Meet għal scams ta’ phishing

Hackers irreġistraw domains li jixbħu lil dawk ta’ Zoom, Microsoft Teams u l-URLs relatati ma’ Google Meet. Dan ħareg minn rapport ġdid ta’ Check Point Research. Peress li aktar nies qed jużaw b’mod sinifikanti dawn is-servizzi ta’ video conference waqt il-pandemija COVID-19, id-domains jistgħu jintużaw biex iqarrqu nies. Meta persuni jidħlu fihom iniżżlu malware jew jagħtu aċċess lill-hackers għal informazzjoni personali.

F’dawn l-aħħar tliet ġimgħat, ġew registrati 2,449 domains relatati ma’ Zoom. Check Point Research iddeterminat li 32 minn dawn huma malizzjużi u 320 huma “suspettużi.” U f’każ partikolari ta’ attentat ta’ phishing, il-hackers bagħtu e-mail li tidher bħala e-mail uffiċjali minn Microsoft Teams, iżda buttuna fl-email biex “tiftaħ” Teams kienet attwalment URL malizzjuż li tniżżel malware fuq il-kompjuter persuna.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet