Il-Ġappun bil-ħsieb li tanalizza mal-200 miljun gadget bi preparazzjoni għall-Olimpjadi f’Tokyo tal-2020

Il-Ġappun qed jiprepara biex iwettaq testijiet għal sigurtá diġitali fuq iżjed minn 200 miljun apparat elettroniku li huma mqabbda ma xi network bi preparazzjoni għall-Olimpjadi tal-2020 f’Tokyo.

 

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed iwettaq dawn it-testijiet tal-vulnerabilitajiet fi Frar fuq affarijiet bħal routers, webcams u appliances tad-dar mqabbda mal-Internwt.

 

Hu magħruf li Tokyo qed issaħħaħ is-sigurta diġitali tagħha hekk kif il-pajjiż qed jiprepara biex jilqá l-akbar attivitajiet sportivi fid-dinja fosthom ir-Rugby World Cup din is-sena u l-Olimpjadi tas-Sajf.

 

Kelliem għall-Gvern stqarr li dawn it-testijiet huma mportanti ħafna fid-dawl tal-fatt li dawn l-attivitajiet sportivi qed iżidu ħafna teknoloġiji f’kull ma jagħmlu, inkluż ix-xandir u x-xiri tal-biljetti.

Hu fatt magħruf li attivitajiet bħall dawn jattiraw ħafna attakki diġitali bl-aħħar Olimpjadi tax-xitwa jkunu eżempju car ta’ dan.

Waqt dawn l-Olimpjadi f’PyeongChang, l-internet u s-sistemi tal-wifi ġew mwaqqfa intenzjonalment bil-għan li jinterrompu t-trasmissjoni tac-cerimonja tal-ftuħ bl-ufficjali jikkonfermaw li kienu vittmi ta’ attakk diġitali.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet