Il-hackers qed jagħmlu miljuni minn attakki ta’ ransomware!

Il-kriminalità ma tħallasx? Għid hekk lill-gang ġdida bl-isem NetWalker li huma responsabbli għal ħafna attakki ta’ ransomware. Huma ħadu madwar $ 25 miljun f’estorsjoni bejn l-1 ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Lulju 2020. Dan skond investigazzjoni li għamlet id-ditta tas-sigurtà McAfee.

Ir-riċerkaturi tal-kumpanija segwew il-pagamenti li saru lil NetWalker f’accounts Bitcoin użati mill-gang kriminali li wettqet il-malware magħruf bħala Mailto, li nstab l-ewwel f’Awwissu 2019.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet