Il-Macbook il-ġdid tad-ditta Apple jiskonnettja l-mikrofonu meta jkun magħluq

Apple introduċiet sistema tas-sigurtá fuq il-Macbooks il-ġodda li f’certu punt twaqqaf hackers li jissemghu fil- konverżazzjonijiet verbali tiegħek.

 

It– T2 chip tas-sigurta’ tal-kumpannija Apple tinkludi tecknologija gdida li biha  il-mikrofonu fil-MacBook ikun dijattivat fiżikament b’mod awtomatiku hekk kif wieħed jagħlaq totalment il-laptop tiegħu..

 

Minkejja li din ic-chip hija diga’ eżisenti fil-mudelli tal-MacBook Pro maħruġa fl-2018, din it-teknologija tas-sigurtá ġdida ġiet żvelata meta d-ditta Apple nehdiet ir-Retina MacBook Air u ppublikat gwida ta ‘sigurta’ dwar it-T2 chip.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet