Il-Maġġoranza tal-Artikli relatati mal-Ikel u s-Saħħa huma Foloz

Xi xjentisti wrew it-tħassib tagħhom wara li riżultati ta’ studju wrew li maġġoranza tajba tal-artikli relatati mal-ikel u mas-saħħa fuq Facebook huma foloz.

Kien stabbilit li sebá minn għaxar artikli dwar is-saħħa kien fihom informazzjoni falza jew li tfixkel lin nies bl-iżjed wieħed popolari kien jitkellem dwar il-Marijuana fejn qal li hi ħafna inqas perikoluża mill-alkoħol u t-tabakk. Dan l-artiklu, li kien jinkludi informazzjoni mhux kredibli u potenzjalment perikoluża, kien mxerred għal miljuni ta’ drabi.

Interpretazzjoni ħażina ta’ studji xjentifici jew medici jistgħu jkunu perikolużi u jpoġġu riskju fuq il-ħajja tal-bniedem f’xi każijiet. Meta naqraw artikli relatati mas-saħħa, nixtarru dak li jkun hemm miktub u niddiskutu dak li nkunu qrajna ma’ tabib jew professjonist tal-għażla tagħna qabel nieħdu din l-informazzjoni bħala fatt.

Artikli Oħrajn