Insellmulek !

Il-Miri Tagħna

Il-Qafas li Jistabilixxi l-Governanza

Dan hu bbażat fuq il-premessa li l-istrateġija ta’ sigurtá diġitali għandha tkun stabbilita u iktar minn hekk implimentata u aġġornata b’mod effettiv fuq bażi kontinwa. Għalhekk il-ħtieġa ta’ strutturi ta’ koordinament, proċessi, rwoli u prassi b’aċċenn partikolari ta’ maniiġjar ta’riskji diġitali kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat:

  • Stabbiliment tal-istrutturi ta’ koordinazzjoni meħtieġa
  • Tkabbir tal-koordinazzjoni sabiex tiġi protetta  l-infrastruttura nazzjonali ta’ informazzjoni kritika
  • Li jiġi assigurat t-twettiq ta’ eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji diġitali nazzjonali
  • Li jiġu assigurati l-miżuri meħtieġa f’konformità mal-valutazzjonijiet individwali tar-riskji diġitali minn organizzazzjonijiet ewlenin tas-settur Pubbliku u Privat li jaqgħu fl-ambitu tar-rekwiżiti legali relatati tal-UE
  • Inkoraġġiment ta’ valutazzjonijiet tar-riskju diġitali minn organizzazzjonijiet oħra li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Miżura 1 (v)
  • Tikkonsolida l-Qafas tas-Sigurtà ta’ l-Informazzjoni fis-Settur Pubbliku
  • Li tiġi assigurat l-klassifikazzjoni tal-informazzjoni fis-Settur Pubbliku u  li tiġi inkoraggita fis-settur privat

Il-Ġlieda Kontra l-Kriminalitá

Li għanda l-ħsieb li tassigura u tikkonsolida l-kapaċitajiet sabiex tiġi ttratata l-kriminalitá diġitali.

  • Li jiġi stabbilit Forum għas-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Minuri fuq l-Internet
  • Li jiġu identifikati n-nuqqasijiet sabiex tigi msahha il-kapaċità li tinvestiga u tiġġieled il-kriminalitá diġitali
  • Li jiġi vvalutat u ikkonsolidat r-rappurtaġġ onlajn tal-kriminalitá diġitali

Tissaħħaħ id-Difiża Diġitali Nazzjonali

Din għandha l-għan li trawwem il-qsim tal-għarfien u l-intelliġenza tas-sigurtà diġitali, tirrevedi l-leġiżlazzjoni u r-regolamenti attwali f’konformità mal-iżviluppi fid-dinja digitali u li tiżgura saħħa diġitali fuq skala nazzjonali u fuq bażi organizzattiv. Ta’ kunsiderazzjoni speċjali f’dan ir-rigward  hija l- leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam mal-protezzjoni tal-informazzjoni u ma dik li għandha x’taqsam mas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.

  • Li jiġi stabbilit mezz kollettiv għall-iskambjar  tal-għarfien u l-intelliġenza tas-sigurtà diġitali
  • Li tiġi rriveduta l-leġiżlazzjoni eżistenti u li certi miżuri relatati jiġu koperti permezz ta’ leġiżlazzjoni u regolamenti li jassiguraw preaprament aħjar għad-dinja diġitali tal-llum
  • Li jiġu assigurati preparamenti diġitali effetttivi għall-protezzjoni tal-pajjiż u tal-interessi tagħha

Dinja Diġitali Sikura

Li għanda l-għan li trawwem l-awto-regolamentazzjoni u l-impenn awtonomu volontarju f’setturi ekonomiċi diversi, fuq il-ħsieb li leġiżlazzjoni mhijiex s-soluzzjoni ewlenija u ahharija għall-impenn konkret fis- -sigurtà diġitali. Għandha wkoll l-għan li tistimula l-użu ta ‘standards u l-aħjar prattiki possiblli li jiggarantixxu s-sigurtà diġitali filwaqt li jippermettu l-interoperabilità. Qed tingħata wkoll attenzjoni speċjali biex tippromwovi s-sigurtà u l-fiduċja tas-servizzi pubbliċi onlajn u sabiex tiġi msaħħa is-sigurta diġitali fis-settur privat.

  • Li tiġi stabbilita r-regolamentazzjoni u l-awtonomija volontarja li tiggarantixxi s-siġurta diġitali
  • Stimulu fl-użu ta’ standards interoperabbli u sikuri fuq il-bażi ta’ prattika tajba
  • Inkoragiment fl-implimentar ta’ livelli robusti ta’ sigurtà diġitali fis-servizzi pubbliċi onlajn
  • Konsolidazzjoni  f’għajnuniet lis-settur privat fuq sigurtà diġitali

Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtà Diġitali

Li għanda l-għan li timmira lejn l-akkademja, is-settur pubbliku u dak privat u ċ-ċittadini biex toħloq kuxjenza, għarfien kif ukoll ħiliet fis-sigurtà diġitali. Qed jiġi rakkomandat approċċ strateġiku nazzjonali lejn kampanja edukattiva kontinwa.

  • Inkoraggiment  fl-edukazzjoni u t-taħriġ tas-sigurtà diġitali
  • Li tiġi esplorata l-possibilità li jiġi stabbilit Ċentru għal Sigurta Diġitali ta’ Eċċellenza
  • Li tiġi żgurata l-edukazzjoni u t-taħriġ rilevanti għal ħaddiema tas-settur pubbliku u partijiet interessati oħra
  • Li tigi mħeġġa riċerka u iżvilupp fis-sigurtà diġitali
  • Kampanja strateġika ta’ għarfien nazzjonali dwar sigurtà diġitali
  • Inkoraġġiment fl-iġene diġitali u fir-responsabiltá personali

Kooperazzjoni Nazzjonali u Internazzjonali

Li għandha l-għan li tiżgura konsultazzjoni, kooperazzjoni u kollaborazzjoni effettiva fuq livell nazzjonali, fuq bażi Ewropea u fuq bażi globali, bbażata fuq istituzzjonijiet u attivitajiet tal-UE u dawk internazzjonali.

  • Kooperazzjoni effettiva u kollaborazzjoni fuq sigurtá diġitali  fuq bażi nazzjonali, Ewropea u globali