L-Uffiċċju tal-President wissa li nħoloq profil falz fuq Facebook tal-President. Dan il-profil qed jitlob donazzjonijiet illegalment f’isem il-President George Vella.
L-Uffiċċju tal-President informa lill-pubbliku li l-ebda flus ma kienu qed jinġabru permezz tal-profil jew il-paġna uffiċjali tal-President ta’ Malta fuq Facebook.
Dawk il-persuni li setgħu taw donazzjoni lill-profil falz huma mħeġġa jikkuntattjaw lill-pulizija.