Insellmulek !

Il-Pubbliku Inġenerali

Il-Pubbliku Inġenerali.

Kulħadd huwa responsabbli għas-sigurta’ diġitali, inkluż il-pubbliku in ġenerali. Il-Kampanja dwar Għarfien u Edukazzjoni dwar Sigurta’ Diġitali  għalhekk qed tieħu ħsieb ukoll lil dan is-settur, permezz ta’ kampanji  apposta li jolqtu id-diversi oqsma speċifiċi tas-soċjeta’.

Stħarriġ onlajn riċenti mill-MITA fost il-pubbliku, juri x’jikkonċerna u fejn huma l-isfidi fis-sigurta’ diġitali li jeħtieġ li jiġu indirizzati aħjar fost is-soċjeta’. Mezzi tradizzjonali ta’ kommunikazzjoni bħal ma huma l-gazzetti, ir-radju, it-televiżjoni u billboards kif ukoll mezzi onlajn bħal ma huma il-medja soċjali, kif ukoll permezz ta’ sit elettroniku apposta, qed jintużaw għal dan il-għan. Qed jintużaw ukoll mezzi oħra iktar innovatiivi bħal ma huma l-użu tad-drama fuq it-televizjoni u fit–teatru sabiex jitwassal b’mod mill-aktar effettiv il-bżonn ta’ iġene fid-dinja diġitali mill-pubbliku inġenerali.

Fl-aħħar mill-aħħar, il-punt saljenti tal-Kampanja mhuwiex wieħed biss ta’ risponsabbilita’ kollettiva, iżda ta’ opportunitá għall-interazzjoni iktar sikura u risponsibbli li twassal għal-beneficċċji kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi tas-soċjeta inġenerali.