Ir-router tad-dar tiegħek għandu ħafna vulnerabilitajiet!

L-aġġornament tar-routers bl-aħħar firmware huwa rakkomandat biex titjieb is-sigurtà tan-network. Madankollu meta niġu għall-routers tad-dar, l-aħħar aġġornamenti ma jgħinukx ħafna. Skond studju tal-Istitut Fraunhofer għall-Komunikazzjoni tal-Ġermanja (FKIE), il-kumpaniji li jagħmlu r-routers naqsu milli jirranġaw mijiet ta’ vulnerabilitajiet fir-routers, u ħallew lin-nies esposti għal firxa wiesgħa ta ‘attakki.

Il-FKIE eżaminat 127 routers ta’ seba kumpaniji kbar u sabet difetti fis-sigurtà ta’ kollha kemm huma. Ir-riżultati issejhu “allarmanti.”

“Anke jekk ir-routers kisbu aġġornamenti riċenti, ħafna minn dawn il-vulnerabilitajiet magħrufa ma ġewx irranġati.”

Lura għall-lista tal-aħbarijiet