
Is-settur privat u b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar jagħmlu l-maġġor parti tal-ekonomija lokali, u għalhekk jeħtieġu attenzjoni speċjali mil-att ta’ sigurta diġitali. Wara kollox, organizzazzjonijiet li huma partikolarment limitati fir-riżorsi, jeħtieg li jkunu jafu bl-isfidi ta’ sigurta diġitali li jistgħu jiltaqgħu magħhom u li huma tant suġġettibbli għalihom. Il-Kampanja ta’ Għarfien u Edukazzjoni dwar sigurta’ diġitali għalhekk qed taħseb ukoll dwar l-aħjar mezzi effikaċji ta’ sigurta’ u protezzjoni f’dan il-qasam. Qed isir stħarriġ kwantitativ kif ukoll kwalitattiv bħal ma hu l-użu ta’ ‘focus groups’ li permezz tagħhom ikunu jistgħu jittieħdu miżuri mill-aktar prattiċi għas-settur f’dan ir-rigward. Qed jiġu ppjanati sessjonijiet ta’ informazzjoni interattivi sabiex jiffaċilitaw għarfien, inkluz fuq prassi relatati minn dawn l-organizazzjonijiet. Bħala inċentiv, il-MITA ser tkun ukoll qed tissponsorja Premju bħala parti mill-Premjazzjoni Annwali tal-e-Business mnehdija mill-Awtorita’ Maltija tal-Komunikazzjoni. Dan il-Premju huwa intiż għal dawk l-organizzazzjonijiet li jeċċellaw fi prassi u miżuri tajba f’sigurta diġitali.
Bħala parti mill-impenn tal-Gvern biex itejjeb u jrawwem kultura ta’ sigurta fil-qasam diġitali fis-settur privat, is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, L-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni nieda l-iskema B SECURE.
Din l-iskema hi ffukata biex tipprovdi sapport edukattiv fil-qasam taċ-ċibersigurta’, flimkien ma assessjar ta’ riskji u konsulenza lin-negozji lokali dwar kif il-kumpaniji u l-ħaddiema jistgħu jibnu futur aktar sigur fil-qasam diġitali.
Biex tkun taf iżjed dwar dan, agħfas hawn.