Insellmulek !

Is-Settur Pubbliku

Is-Settur Pubbliku.

Bħala l-qasam li jħaddan fih il-biċċa l-kbira tal -informazzjoni sensitittiva kif ukoll l-infrastruttura kritika għall-operat tal-pajjiż, bla dubju hija mehtieġa attenzjoni speċjali mill-att ta’ sigurta’ diġitali fuq is-Settur Pubbliku. Għalhekk, hekk kif mitlub fl-Istrategija Nazzjonali dwar Sigurta’ Diġitali, il-Kampanja Nazzjonali dwar Għarfien u Edukazzjoni dwar Sigurta’ Digitali qed tiżgura għarfien u taħriġ relatat fost l-impjegati tas-Settur Pubbliku. Apparti prassi magħrufa dwar sigurta’ digitali, ser isir aċċenn ukoll fuq il-‘Policy’ fis-Settur Pubbliku dwar sigurta’ tal-Informazzjoni u li hija msejsa  fuq l-iStandard Internazzjonali dwar Sigurta’ tal-Informazzjoni – ISO 27001 – sabiex b’hekk tiġi assigurata kultura iktar b’saħħitha ta’ sigurta’ diġitali f’ dan is-settur.