Isem il-kantanta Amber użat ukoll f’riklami qarrieqa tal-Bitcoin

Il-Kantanta Maltija Amber jidher li ġie użat isimha wkoll f’għadd ta’ artikli qarrieqa li qed jiġu ppublikati f’isem diversi persuni magħrufa Maltin.

Dan ġie żvelat hekk kif kienet il-kantanta stess li poġġiet screenshots ta’ xi riklami foloz fuq il-profil ta’ Facebook tagħha  u tgħid li dawn l-artikli ma huma xejn ħlief qerq. Bħall fil-każ ta’ Davide Tucci, l-artiklu jgħid li wara li l-kantanta kellha falliment finanzjarju, hi għamlet miljuni ta’ ewro permezz ta’ investimenti fil-crypto u li issa qed tħajjar lil dawk li qed jaqraw l-artiklu biex jagħmlu l-istess tip ta’ investiment.

Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net News żvelat kif il-kantanta Amber Bondin stqarret magħhom li se tkun qed tressaq dan il-każ quddiem is-Cyber Crime Unit tal-Pulizija.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet