Waqt li l-amministrazzjoni u l-plejers kienu qegħdin jiffukaw fuq ic-Champions League, il-kont uffiċjali tat-tim tal-futbol tal-Barċellona FC fuq Twitter kien iħħekjat. Kawża ta’ dan, wara li nkiseb aċċess għall-profil, bdew jintbgħatu tweets foloz lill-miljuni ta’ segwaċi li għandu t-tim fuq Twitter.
Il-grupp magħruf bħala OurMine, ħa r-responsabbilità ta’ dan l-attakk. L-istess grupp kien diġa attakka lil Barcelona FC fl-2017 kif ukoll madwar 15-il tim tal-NFL differenti.
Hu mifhum li dan il-grupp jiħħekja siti b’intenzjoni tajba – Dik li jgħin lil dawk fil-mira tiegħu jtejbu s-sigurtà diġitali tagħhom.