“Jien m’għandix x’naqsam … Dan qerq” – Davide Tucci

B’reazzjoni għall-artiklu li ġera
fuq il-mezzi socjali li kien jgħid kif l-attur Malti Davide Tucci rnexxielu jagħmel iżjed minn żewġt miljun ewro wara li kien iddakjara lilu nnifsu fallut, ġie kkundannat mill-attur innifsu tant li ddeskrivieħ bħala “każ car ta’ scam”.

Davide Tucci qal dan permezz ta’ vidjo li poġġa fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook fejn stqarr li hu ma kellu
x’jaqsam xejn ma dan l-artiklu u bl-ebda mod ma’ ta kunsens lil xi ħadd biex jagħmel dan l-artiklu f’ismu. Hu żied jgħid li qatt ma kellu x’jaqsam ma’ kummerc ta’ din ix-xorta u jħoss li s-sitwazzjoni hi waħda serja ferm tant li ddikjara li hu stess kien se jiehu passi legali
permezz ta’ rapport għand
is -Cyber Crime Unit  fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Tucci għamila cara li hu ħadem qatiegħ sabiex jibni isem għalih nnifsu u sostna li mhux se jħalli incidenti bħall-dawn itappnu r-reputazzjoni tiegħu.

L-artiklu ġie ppublikat oriġinarjament fuq sit msejjaħ Major News. F’dan l-artiklu ntqal li Tucci kien mistieden fil-programm ONE Breakfast biex jispjega kif wara li ddikjara lilu nnifsu fallut finanzjarjament, irnexxielu jagħmel iżjed minn 2 miljun ewro.

L-artiklu żied jgħid li saħansitra on-air, Tucci kkonvinca lill-preżentatrici Elaine Degiorgio sabiex tinvesti €250 li allegatament telgħu għal €400 sa’ tmiem l-intervista.

F’dikjarazzjoni separata, il-preżentaturi ta’ ONE Breakfast stqarru kif  li huma wkoll kienu ser jieħdu passi legali dwar dan.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet