Jitkisser cirku internazzjonali ta’ piracy

Twaqqaf network kriminali ta’ hackers li kienu qed jiksru l-liġi tal-copyright, prinċipalment responsabbli għall-piraterija ta’ films u kontenut diġitali illegali mad-dinja kollha.

Dan ġie żarmat f’azzjoni kkoordinata bejn l-awtoritajiet tal-Istati Uniti u awtoritajiet fi 18-il pajjiż madwar id-dinja, bl-appoġġ tal-Europol u l-Eurojust.

B’kollox inqabdu sittin server fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja u bosta mis-suspettati ġew arrestati.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet