Każijiet ta’ Number Spoofing f’Malta

Scammers qed jużaw teknoloġija li tippermettilhom juru numru leġittimu mill-kumpanija tat-telefon GO fuq it-telefowns tan-nies.  Il-kumpanija qed twissi lin-nies li hemm diversi kazi ta’ frodi.

L-scam, magħruf bħala ‘spoofing tan-numri’, taħdem billi n-numru attwali huwa moħbi b’ wieħed falz, li jwassal lill-klijent biex jemmen li t-telefonata hija minn persuna li jaf.

Waqt li jallegaw li huma rappreżentanti tal-GO, nies qarrieqa jitolbu lir-riċevituri biex iniżżlu softwer jew jipprovdu dettalji personali, bankarji jew PIN, informazzjoni li l-kumpanija qatt ma titlobha permezz tat-telefon.
Fl-iktar scam reċenti nies qed jitolbu lill-klijenti biex jinstallaw softwer bħal Quick Setup jew Team Viewer. Klijent wieħed irrapporta 27 telefonata bħal din f’inqas minn xahar.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet