Kemm hu sikur il-password tiegħek ?

Meta tmur fuq btala x’imkien żgur li ma tħallix il-bieb tad-dar miftuħ! Bl-istess mod huma bostá li jagħmlu l-istess bl-informazzjoni sensittiva li għandhom onlajn.

Phishing scams huma famużi li jieħdu opportunitá minn dawn is-sitwazzjonijiet. Fejn permezz ta’ fake email, jibgħatulek link għal website li permezz tagħha ddaħħal pin sigriet.

It-tieni l-akbar għodda ta’ hacker hi meta jassumu l-passwords. Sfortunatament għad hawn min jagħmel password sempliċi bħal 123456 jew isem il-kelb tiegħu. Dawn huma passwords li jagħmlu l-ħajja tal-hacker iżjed sempliċi.

Meta dan ifalli, hawn hackers li jmorru għal miżuri estremi fejn permezz ta’ sistemi speċjalizzati jiġġeneraw miljun ta’ passwords fis-sekonda biex jipruvaw jaqtgħu l-password tiegħek.

Artikli Oħrajn