Kif tistá l-AI tkun perikoluża?

Ħafna ricerkaturi jaqblu li l-Intelliġenza Artificjali mhijiex maħsuba li turi emozzjonijiet bħal tal-bniedem bħall-imħabba u l-mibgħeda u għaldaqstant m’hemm l-ebda ħsieb li l-AI tkun żviluppata bħala xi ħaġa b’intenzjonijiet tajba jew ħżiena.

L-AI tkun programmata biex tagħmel xi ħaġa devastanti– Armi awtonomi huma sistemi ta’ Intelliġenza artificjali li huma programmati biex joqtlu. F’idejn ħżiena dawn jistgħu jħallu riżultati devastanti li jikkawżaw ħafna mwiet. Iktar minn hekk, sabiex l-ghadu ma jkunx jista’ jikkontrollahom,dawn l-armi jigu ddizinjati b’mod li jkun difficli hafna li jintfew u b’hekk  wiehed jispicca jitlef kontroll tas-sitwazzjoni.

L-AI tkun programmata li tagħmel xi ħaġa tajba imma tuża modi ħżiena sabiex tasal ghal għan aħħari. – Dan jista tiġri meta l-għanijiet tal-bniedem ma jkunux sinkronizzati mal-għanijiet tal-AI. Eżempju konkret jistá jkun li jekk tagħti ordni lil karozza li taħdem bl-AI biex twasslek l-ajruport malajr kemm jistá jkun, jaf tispicca b’xi għaxar vetturi tal-Pulizija jiġru warajk u b’xi akkuża ta’ sewqan perikoluż quddiem il-qorti. Dan għaliex l-AI ikun għamel dak li letteralment tlabtu imma mhux dak li xtaqtu jagħmel.

Artikli Oħrajn