Kif tista l-Intelliġenza Artifiċjali tipreveni l-kriminalitá?

Qatt immaġinajt li l-AI tistá tgħin lill-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom? Il-Pulizija fl-Ingilterra diġa qed jużaw teknoloġiji differenti biex iwasslu lill-uffiċjali tagħhom f’żoni magħrufa għall-kriminalitá – Dan hu possibli permezz ta’ “AI mapping” li janalizza użanzi komuni bejn atti kriminali differenti u jbassar fejn jistá jiġri xi ħaġa.

Is-software jgħin ukoll biex jiġu solvuti każijiet kriminali f’ħin qasir billi janalizza informazzjoni minn databases u sistemi ta’ sorveljanza.

Dawn jintużaw biex jiġu mgħarufa użanzi repetuti fis-serq, jiġu identifikati persuni li jkunu potenzjalment suspettati u jipprevenu xi jitwettaq rape billi jiġu analizzati emails u messaġġi.

Dawn l-għodda kollha flimkien, f’idejn il-Pulizija madwar id-dinja, jpoġġuhom pass il-quddiem mill-kriminali bil-għan li ngħixu f’dinja aħjar u iżjed sigurá.

Artikli Oħrajn