Kif tkun ċert li qed tuża l-midja soċjali bl-aħjar mod?

Il-midja socjali hi waħda mill-aktar innovazjonijiet popolari tal-mument u tinsab f’idejn kull wieħed u waħda minnha fuq il-mobile, tablet, smartwatch u l-kompjuter. Filwaqt li hi mezz ta’ divertiment u jaf tkun informattiva wkoll, il-midja socjali ġġib magħha xi riskji. Dawn huma xi pariri li tistá żżomm f’moħħok meta tuża l-midja socjali.

Il-Midja socjali mingħajr ħbieb virtwali mhi xejn imma kun cert li lil min iżżid mal-listá tal-ħbieb huma profili veri u leġittimi. Hemm profili onlajn li huma specifikament ddiżinjati biex iqarrqu bin-nies. Hu ssuġġerit li ma jkollokx ħbieb virtwali li mhumiex ħbieb tiegħek fid-dinja reali.

Il-Hacking hu popolari ħafna fuq il-midja socjali. Ftit prattici tajbin jistgħu jevitaw li int tkun vittma bħall sempliciment tbiddel il-password frekwentament. Ħu ħsieb ukoll li qabel titlaq minn mad-desk tax-xogħol jew minn fuq xi kompjuter pubbliku toħroġ mill-profil tiegħek.

Li tuża l-midja socjali ħażin jistá jaffetwak fil-ħajja reali tiegħek – Tiftax ritratti tas-safra li mort qabel tiġi lura. Dawn ir-ritratti joħolqu l-aqwa opportunitá għall-ħallelin biex jidentifikaw id-dar tiegħek bħala waħda vakanti li jistgħu jisirqu minnha facilment.

Mhux difficli! Biex tuża l-midja socjali bl-aħjar mod kull ma tirrikjedi hu li taħsibha darbtejn qabel tagħmel xi ħaġa.

Artikli Oħrajn