Kollha smajna bl-Intelliġenza Artificjali, imma nafu verament x’inhi?

Minn SIRI u Alexa għal karozzi li jsuqu waħedhom, l-Intelliġenza Artificjali qed tikber b’rata mgħaġġla ħafna.

Filwaqt li l-fantaxjenza tagħtina stampa ta’ AI f’sens ta’ robots li għandhom karatteristici bħall tal-bniedem, l-AI realistikament tinkludi spettru sħiħ ta’ affarijiet minn Algorithms li jaħdem bihom Google għal armi awtonomi li għad narawhom jiġġieldu l-gwerer minflok is-suldat konvenzjonali li mdorrijin bih.

L-Intelliġenza Artificjali għalissa hi magħrufa bħala dik li ghandha skop limitat għaliex hi ddisinjata biex tagħmel xogħlijiet specifici bħal ma hu li tgħaraf l-ucuh jew li ssuq karozza.

Minkejja dan, ir-ricerkaturi jħarsu l-quddiem lejn AI li tkun iktar ta’ skop ġeneriku. Dan ifisser li filwaqt li AI ta’ natura limitata tista’ tiehu post il-bniedem f’xi xoghol specifiku bhalma nghidu ahna loghob tac-cess jew f’xi somma tal-matematika, AI ta’ skop generiku taf tiehu post il-bniedem fi kwazi kwalunkwe xoghol ta’ hsieb. Iżda l-mistoqsija tibqa tippersisti – Int lest li tafda robot jew magna biex jieħdu post tad-dentist jew tax-xufier tat-taxi tiegħek?

Artikli Oħrajn