Kriminali diġitali jużaw il-biża li ħoloq il-virus COVID-19

Pulizija madwar l-Ewropa irrapurtaw żieda f’shopping scams, phishing, ransomeware, frodi, mobile malware, u fuq kollox vulenerabbiltajiet relatati ma’ teleworking.
Eżempju car huwa r-Renju Unit. F’nofs April – meta l-pajjiż kien qed jiġġieled kontra Covid-19 – in-National Cyber Security Centre kellu jieħu azzjoni deċiżiva kontra iż-żieda kbira ta’ scams u phishing emails relatati mal-Coronavirus.

F’ġurnata waħda biss, Google irraporta 18 -il miljun ta’ scam e-mails relatati ma’ Covid-19.

Huwa ċar li l-kriminali diġitali m’għandhom l-ebda morali, anzi ħatfu l-opportunita’ biex mill-biża u l-paniku jagħmlu l-flus.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet