Kriminali jieħdu kontroll ta’ vacuum cleaners robotiċi permezz ta’ vulnerabbilitajiet fis-sigurtà

Riċerkaturi skoprew diversi vulnerabbilitajiet ta’ severita għolja f’vacuum cleaner robotika. Dawn il-vulnerabilitajiet jagħtu lok għal aċċess lill-kriminali u b’mod remot, ikollhom kontroll assolut tal-apparat.

Dawn l-attakki jvarjaw bejn denial-of-service fejn l-apparat ma jibqax tajjeb għall-użu, u oħrajn li jaċċessaw il-kamera mwaħħla mal-apparat stess, fejn ikunu jistaw jgħassu fuqek waqt li inti tkun id-dar.

Waqt konferenza f’San Francisco, ir-riċerkaturi spjegaw kif dan id-device, li jista jinxtara minn fuq Amazon għal madwar €250, jinkludi miegħu app għall smartphone tal-utent. Hu mifhum li f’din l-app ġew identifikati sitt vulnerabilitajiet li qed jagħtu aċċess lill-kriminali biex iwettqu l-imsemmijja attakki.

Sa issa, il-manifatturi ta’ dan id-device għadhom ma rreaġixxewx għal dawn l-allegazzjonijiet.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet