Kumpanija internazzjonali oħra taqa’ vittma ta’ ransomeware … issa kien imiss lil Canon

Canon sofriet attakk ta’ ransomware li ħalla impatt fuq bosta servizzi, inkluż l-email tal-Canon, it-Timijiet tal-Microsoft, il-website tal-Istati Uniti u applikazzjonijiet oħra interni. F’messaġġ mibgħut lill-impjegati, Canon żvelat l-attakk u qalet li qed taħdem biex tindirizza l-kwistjoni.

Il-gang kriminali ċibernetika Maze qalet li serqet “10 terabytes ta’ data, database ta’ data privati, eċċ” bħala parti mill-attakk fuq Canon.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet