Kumpanija tal-marketing tieħu togħma qarsa ta’ għalfejn il-backups huma importanti

Kumpanija tal-marketing fl-Istati Uniti tgħallmet dwar kemm huma mportanti bl-aktar mod qares possibli. Dan hekk kif rrealizzaw li ma kellhom l-ebda kopja ta’ dak li ddecieda li jħassar wieħed mill-impjegati ta “tindifa” lis-servers tagħhom.

L-impjegat, li ma kellu l-ebda tagħrif dwar kif jaħdmu l-affarijiet meta tiġi biex tbattal servers minn affarijiet mhux bżonnjużi fuq servers baħll dawn, ħalla lill-impjegati tiegħu bħall-Erbgħa fost il-Ġimgħa b’problema ta’ telf ta’ data meta ġurnata fost l-oħrajn ddecieda li jagħmel l-ispazju fuq is-servers billi jħassar dak kollhu li ma kienx qed juża.

Din l-azzjoni kkawżat telf ta’ data lill-kumpanija li kważi wassalhom biex jgħalqu l-bibien darba għal dejjem. B’nofs fortuna, ftit mill-affarijiet mitlufa ġew rkuprati iżda l-maġġoranza taru mar-riħ darba għall-dejjem.

Nistgħu nitgħallmu ħafna minn din il-kumpanija u l-iżbalji tagħha. Nitgħallmu kemm għandna nieħdu l-backups bis-serjetá għax żball ta’ impjegat li ma kellhux il-ħiliet necessarji, setá wassal biex din il-kumpanija tgħalaq il-bibien tagħha.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet