L-Aqwa Mod li bih tista Terfá r-Ritratti Tiegħek

Ħafna jgħidu li l-aqwa camera li jistá jkollok hi dik li għandek fuqek u f’din id-dinja moderna, ħafna drabi din tkun il-camera li għandek fil-mobile tiegħek. Permezz tal-iPhone jew tal-Android tiegħek tistá żżomm rikordju tal-isbaħ mumenti ta’ ħajtek, għaldaqstant hu importanit li dawn żżomm backup tajjeb tagħhom.

Wieħed mill-iktar sistemi tajbin u popolari li jintużaw, bla dubju hi Google Photos. Dan hu servizz inkorporat f’ Google Drive li joffri servizz ta’ backup bla limitu ta’ ritratti kemm fuq Android u fuq iPhone.

Kull ma trid tagħmel biex iżżomm backup ta’ dawn ir-ritratti hu li tinstalla l-app tal-Google Photos fuq il-mobile tiegħek u tidħol bil-Google Account tiegħek. Hekk kif tagħmel dan, tistá taċċessa l-informazzjoni kollha tiegħek minn kull post fejn tistá taċċessa Google Account.

Bħal Google, l-istess servizz joffruħ ukoll Dropbox, Amazon u anke iCloud għall-iOS.

Artikli Oħrajn