L-ewwel attakk diġitali seħħ fit-tmeninijiet u kien jismu Morris

Illum, ta’ kuljum, naqraw artikli u aħbarijiet dwar is-sigurtá diġitali, l-attakki u l-vulnerabilitajiet diġitali imma kif qatt jista wieħed jemmen li dawn imorru lura għas-snin tat-tmeninjiet?

Lura f’Novembru tal-1988, Robert Tappan Morris, ġuvni. fl-għoxrinjijet, kellu kurżita’ dwar kemm kien kbir l-internet u kemm kien hemm devices mqabbdin miegħu. Din il-kurżitá wasslitu biex jikteb programm li jibgħat istruzzjonijiet lil kull kompjuter mqabbad mal-internet biex jibgħatu sinjal lura u b’hekk jimmarka il-counter li kien uza.

Dan kien suċċess kbir għal Robert tant li ħadem iżjed milli pretenda hu stess. Minkejja li poġġi xi restrizzjonijiet fuq dan il-programm, seta jissoponi li kien se jikkawża xi problemi u filfatt hekk ġara.

L-azzjonijiet tiegħu imblukkaw partijiet kbar tal-internet minħabba li bdew joħolqu kopji tagħhom infushom ġo magni ġodda u jibgħatu l-informazzjoni lura. Hu prova jsewwi din is-sitwazzjoni billi jibgħat messaġġ lill-amministraturi kollha tal-kompjuters iżda tant l-imblokk kien qawwi li lanqas dan il-messaġġ ma setgħa jgħaddi.

Il-programm tiegħu kien l-ewwel attakk diġitali li ġie mlaqqam Morris Worm u llum hu magħruf bħala “Distributed Denial of Service” fejn numru kbir ta’ devices mqabbda mal-internet jingħataw struzzjoni biex jibgħatu ħafna informazzjoni lejn sors partikolari.

Artikli Oħrajn