L-ewwel “midja soċjali” tmur lura għall 1973

Meta nitkellmu fuq il-midja soċjali, moħħna jmur fuq servizzi bħal Facebook, Instagram, Twitter u Snapchat – li kollha huma pjattaformi moderni li huma disponibli fuq il-mobiles tagħna il-ħin kollhu.

Iżda ftit li xejn jgħaddilna minn moħħna li l-midja socjali tmur lura għall-bidu tas-snin sebgħin. F’dawn iż-żminijiet l-Universitá ta’ Illnois żviluppat is-sistema PLATO li tfisser Programmed Logice for Automatic Teaching Operations.

Dan is-servizzi kien jinkludi message boards, testijiet akkademici onlajn, forums, chatrooms u remote screen sharing.

Mill-ġurnata li ġie żviluppat lil hawn, hu mifhum li din is-sistema baqgħet tintuża għal madwar 40 sena fejn serviet ta’ hub diġitali għall-istudenti kollha tul is-snin.

Artikli Oħrajn