L-FBI Tinvestiga s-Sigurtá ta’ FaceApp

Is-senat Amerikan ressaq talba quddiem l-għola istituzzjoni investigattiva Amerikana l-FBI biex tinvestiga suspetti marbutin ma’ FaceApp wara rapporti li l-informazzjoni biometrika li qed tiġbor din l-app jistá jkun li qed tinġabar għal skopijiet qarrieqa.

Din l-app li kisbet popolaritá kbira fuq livell internazzjonali f’qasir żmien, tieħu ritratt tal-utent u permezz tal-intelliġenza artifiċjali turieh kif se jkun jidher meta jixjieh.

Kien il-Minority Leader tas-Senat Amerikan Chuck Schumer li ressaq din it-talba fejn argumenta li l-informazzjoni miġbura minn din l-app tistá tkun ta’ theddida kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell ta’ sigurtá nazzjonali.

Investigazzjonijiet preliminari dwar din l-App stabbilixxew li għandha oriġini Russi u hi prodott tal-kumpanija Wireless Lab iżda l-ebda evidenza mhi tipponta swaba lejn il-Gvern Russu.

Jistá jkun li titwila lejn kif se tidher la tixjieh swietek is-sigurtá diġitali tiegħek?

 

Lura għall-lista tal-aħbarijiet