L-Intelliġenza Artifiċjali fil-Qasam Mediku

L-AI tinsab kullimkien, inkluż fil-qasam tal-medicina. Studji wrew bic-car li iżjed kemm ikun implimentat l-AI fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa, iżjed tiżdied l-efficjenza fis-servizzi li joffru t-tobba.

Wieħed mill-aktar oqsma popolari tal-AI fil-qasam mediku hu dak ta’ mmaniġjar ta’ rekords medici. Huma ħafna l-isptarijiet li nvestew f’sistemi li awtomatikament jaġġornaw ir-rekords medici u janalizzaw informazzjoni passata fuq il-pazjenti tagħhom.

Istituzzjonijiet kbar li joffru servizzi medici madwar id-dinja qed jinvestu fl-AI biex inaqssu l-bżonn ta’ persuni li jagħmlu xogħol repetittiv bħalll-analiżi ta’ testijiet medici, x-rays u “data-input”. Dan kollhu qed isir permezz tal-AI.

Minkejja li tinstema qisa xi ħaġa tal-futur, hemm kumpaniji li qed jinvestu f’servizzi ta’ infirmiera virtwali. Waħda mill-iżjed popolari huma Sense.ly li hi app żviluppata bil-għan li tassisti l-pazjenti minn fuq il-mobile tagħhom. Is-sistema tuża machine learning biex tifhem il-bżonnijiet tal-pazjenti u tassistihom f’kull bżonn minn semplici influwenza sa’ mard kroniku.

Int lest li tħalli l-kura medika tiegħek f’idejn infirmier virtwali?

Artikli Oħrajn